Qorti Rumena ċaħdet għal darb’oħra applikazzjoni għal bail li saret minn Andrew Tate.
Tate li hu influencer Brittaniku fuq il-midja soċjali flimkien ma’ ħuh Tristan Tate ilhom miżmuma arrestati minn Diċembru li għadda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huma qed jiġu investigati b’rabta ma’ akkużi ta’ stupru, traffikar tal-imani li jagħmlu parti minn ċirku kriminali – liema akkużi t-tnejn ċaħdu.
Kelliem għal Tate sostnew li din l-aħbar hi waħda diżappuntanti u li t-tim legali tiegħu se jkunu qed jappellaw minn din id-deċiżjoni.
Ritratt: Reuters