Andrea Giesbrecht, mara Kanadiża, nstabet ħatja mill-Qorti li ħbiet sitt katavri tat-trabi tagħha f’locker u ħalliethom hemm għal numru ta’ snin. Liema att jista’ jwassal biex il-mara teħel sentejn ħabs għal kull tarbija li ħbiet.
Il-katavri nstabu fl-2014 meta l-locker tbattal mill-ħaddiema tal-kumpanija li kienet taħdem magħha l-mara hekk kif ma ħalsitx il-miżata biex dan il-locker jibqa’ tagħha. L-iġsma taċ-ċkejkin għamlu riħa stramba u kien f’dan il-punt li l-ħaddiema ntebħu li kien hemm xi ħaġa mhux tas-soltu u għalhekk ċemplu lil Pulizija.
Wara din l-iskoperta, irriżulta li l-mara kienet weldet lil dawn it-trabi u wara ħbiethom f’dan il-locker. Iżda minkejja dan l-mara mhux qed tiġi akkużata bil-qtil tat-trabi tagħha.
Andrea, kienet tqila b’għaxart itrabi oħra, liema trabi hija abbortiethom filwaqt li qed trabbi żewġ itfal.