Imħallef ċaħad it-talba ta’ Romeo Bone li argumenta li qed jinkisrulu d-drittijiet tiegħu għaliex skontu qed jaffaċċja żewġ każijiet dwar l-istess offiżi relatati ma’ traffikar ta’ droga lejn Malta min Sqallija.
L-Avukat Ġenerali argumenta li l-Qorti Kriminali kienet diġà ċaħdet it-talba li Bone għamel dwar smigħ mhux xieraq, u li permezz tagħha kienu qed jinkisrulu d-drittijiet fundamentali tiegħu.
Hija argumentat li ma jistax jintużaw proċeduri kostituzzjonali bħala parti minn appell biex jirrevoka deċiżjonijiet passati.
L-argument tal-Avukat Ġenerali nnota kif il-każ quddiem it-Tribunal ta’ Katanja kien jinvolvi ħafna reati identiċi filwaqt li dak f’Malta kien jinkludi fatti differenti mill-każ fi Sqallija tant li l-akkużi kontrih huma differenti.