Is-sospensjoni tal-Parlament Ingliż hija kontra l-liġi skont Qorti Skoċċiża li l-Erbgħa filgħodu żammet l-aħħar mossa tal-Prim Ministru Ingliż fuq nett tal-aġenda tagħha. Il-battalja legali fl-Iskozja kontra d-deċiżjoni ta’ Boris Johnson qed tmexxiet Joanna Cherry, membru tal-Partit Nazzjonali Skoċċiż, li ddeskriviet id-deċiżjoni f’Westminster bħala illegali u inġusta.
Il-Prim Ministru Johson insista għal darba tnejn li s-sospensjoni tal-Parlament saret skont proċedura li tagħti permess li Westminster jagħlaq il-bibien tiegħu sa ma jsir id-diskors tar-Reġina.