Qorti Militari fil-Myanmar ikkundannat ħdax-il sena ħabs lil ġurnalist Amerikan Danny Fenster.
Fost l-oħrajn il-ġurnalist ta’ 37 sena nstab ħati li kiser il-liġi tal-immigrazzjoni u li inkoraġixxa mibegħda lejn il-militar.
Huwa ġie akkużat ukoll b’terroriżmu, iżda għadu ma ngħatax is-sentenza fuq dan.
Fenster huwa wieħed mill-ħafna ġurnalisti li ġew imressqa quddiem il-ġustizzja f’dan il-pajjiż wara li rrappurtaw meta l-pajjiż kien għaddej mit-tensjonijiet tal-kolp ta’ stat fi Frar li għadda.