Il-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja ma laqgħetx it-talba tal-eks Kummissarju Ewropew għas-Saħħa John Dalli dwar danni ta’ miljun ewro li talab.
Dan rigward kif mexa miegħu l-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi, l-OLAF.
Dalli kien irriżenja mill-kariga għolja fl-Unjoni Ewropea wara li l-OLAF iddikjarat li hu kien f’kuntatt ma’ sid ta’ ristorant li allegatament kien qed jipprova jxaħħam biex Dalli jgħin fit-tibdil tal-liġi tat-tabakk.
F’dan il-każ issemmiet kumpanija Żvediża tal-Isnus.
Dalli dejjem tenna li huwa innoċenti.
Fid-deċiżjoni tagħha llum, il-Qorti Ewropea ma laqgħetx seba’ argumenti li tressqu minn John Dalli, li fost l-oħrajn sitta minnhom kienu relatati ma’ kif mexa l-OLAF fil-każ tiegħu.