Il-Qorti Ewropea għad-drittijiet tal-bniedem iddikjarat li ma nkisrux id-drittijiet tas-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech.
Il-Qorti qalet li ma nkisirx id-dritt għal smigħ xieraq meta minħabba l-imxija l-każ ta’ Yorgen Fenech kien ġie sospiż.
Id-Difiża ta’ Fenech dejjem argumentat li nkisru id drittijiet ta’ Fenech meta dan baqa’ jinżamm arrestat u għalhekk twal wisq iż-żmien tal-proċeduri kontra l-klijent tagħha.