L-Eġittu ħeles il-ġurnalist tal-Al Jazeera Mahmoud Hussein wara erba’ snin miżmum f’ħabs.
Hussein, ta’ 54 sena u missier ta’ disat itfal kien ġie arrestat fil-Kajr jumejn qabel il-Milied tal-2016.
Huwa kien qed jinżamm arrestat fuq allegazzjonijiet li kien qed ixerred informazzjoni qarrieqa, li kien isieħeb fi grupp ipprojbit mill-Gvern Eġizzjan u li kien qed jirċievi fondi minn barra biex ixerred il-gideb.
Kien hemm rapporti li l-ġurnalist kien ġie interrogat għal aktar minn 15-il siegħa mingħajr il-preżenza tal-avukat tiegħu qabel ma ġie meħlus u kien reġa’ ġiet arrestat jiem wara.
Minkejja dan l-iżvilupp, ġie rappurtat li l-ġurnalist kien qiegħed taħt libertà kundizzjonata.
L-Eġittu kien arresta anki tliet ġurnalisti oħra tal-Al Jazeera fl-2013, fosthom Awstraljan li dam sentejn fil-ħabs.