Fil-Qorti Qormi ta’ 61 sena ammetta li kkorrompa tifel ta’ 15-il sena.
L-akkużat li diġà huwa reċediv, hekk kif kien instab ħati fuq akkużi simili, ġie mixli li fil-jum tal-Erbgħa wettaq att vjolenti għall-pudur ta’ minuri.
Kemm il-Prosekuzzjoni u d-Difiża ftehmu li qabel tingħata s-sentenza mill-Maġistrat Grazio Mercieca jsir rapport minħabba li skont l-ispettur l-akkużat jeħtieġ trattament.
B’dan il-qbil, il-Maġistrat ordna li ssir komunika lid-Direttur tal-Probation u Parole.
Intant l-anzjan baqa’ jinżamm arrestat wara li l-Qorti m’aċċettatx it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Maġistrat ordna lid-Direttur tal-Ħabs biex isib post aħjar minn Kordin biex jinżamm l-imputat.