Qormi Daikin rebħu l-kampjonat nazzjonali tal-hockey għas-16-il darba fl-istorja tiegħu meta kiseb ir-rebħa li kellhom bżonn kontra Floriana Young Stars 4-2. Il-Qriema rebħu dan it-titlu ġurnata qabel tmiem il-kampjonat u għaqqdu sett ta’ unuri li diġa’ rebħu li jinkludu ċ-Challenge Cup, is-Super Cup, il-Hockey 5s u l-Hockey 7s.
Il-logħba li ntlagħbet fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin kienet waħda ferm sabiħa bir-riżultat inċert sal-aħħar. Floriana li huma ċ-champions uxxenti, taw battikata kbira lil Qormi u kien biss fl-aħħar li kien hemm ċertezza fuq ir-riżultat.
Luke Bajada, Julian Zahra u Shawn Dimech fetħu vantaġġ ta’ 3-0 għal Qormi qabel ma’ Mark Camilleri skorja doppjetta personali għal Floriana biex għamel il-logħba aktar drammatika.
Minuta minn tmiem il-konfront il-plejer veteran John Williams issiġġilla r-rebħa għal Qormi Daikin Umpires kienu Dario Cacopardo u Alessandro Amore.
GREE Żurrieq Wolves Hotsticks għelbu lil White Hart 10-0
Kif mistenni, iż-Żrieraq iddominaw dan il-konfront fejn Alessandro Amore, Stefano Schembri, Keith Scicluna, Silas Plaehn, Ryan George, Jayden Cutajar, Carmine Francese, Steve Portelli, David Ellul u Kieran Borg skorjaw il-gowls għat-tim tagħhom.
Umpires kienu John Williams u Karl Chircop.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI TAL-HOCKEY
Qormi Daikin 14, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 11, Floriana Young Stars 5, White Hart 0
KLASSIFIKA – L-AQWA SKORERS
Luke Bajada (Qormi) 23 gowl, Christ Agius (Żurrieq) 12-il gowl, Julian Zahra (Qormi) 10 gowls, Kyle Micallef (Qormi) 9 gowls
Fil-Hockey 7s, Qormi Daikin ġew ippreżentati bit-tazza rebbieħa sabiex b’hekk kisbu doppjetta ta’ suċċessi fl-istess tmiem il-ġimgħa.
Fl-unika logħba li kellna mill-kampjonat ta’ taħt it-12-il sena, Floriana Young Stars għelbu lil Marsaskala Heat 6-1.
Umpires kienu Dario Cacopardo u Keith Calleja.