Wara l-att vandalu ppjanat li twettaq dan l-aħħar fir-Riserva Naturali Foresta 2000 meta 36 siġra taż-Żebbuġ ġew issegati, numru ta’ individwi u organizzazzjonijiet offrew l-appoġġ tagħhom f’risposta għal dak li ġara.
Il-Fondazzjoni Alfred Mizzi marret pass oltre u impenjat ruħha li tgħin liż-żewġ NGOs b’għajnuna finanzjarja ħalli jkunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet meħtieġa f’dan il-bosk li huwa uniku. Julian Sammut, trustee ta’ The Alfred Mizzi Foundation, qal li hija ħasra li l-frott ta’ daqstant ħidma siewja – ħafna minnha fuq bażi volontarja – litteralment itir mar-riħ b’azzjoni bħal din.
Min iwettaq atti vandali bħal dawn għandu jingħata rrisposta li kull azzjoni ħażina tista’ tiġi mwieġba b’waħda tajba, u li s-soċjetà Maltija mhix lesta tibqa’ siekta quddiem atti kodardi bħal dawn. Sammut żied jgħid li b’xorti tajba l-Fondazzjoni Alfred Mizzi tinsab f’pożizzjoni li tesprimi s-solidarjetà tagħha billi tipprovdi għajnuna finanzjarja u meta tagħmel hekk tkun qed tibgħat messaġġ li tappoġġja l-protesti ta’ kull Malti ċivilizzat għal azzjonijiet bħal dawn.
Fisem Din l-Art Ħelwa, il-President Eżekuttiv Maria Grazia Cassar irringrazzjat lillFondazzjoni Alfred Mizzi għal dan il-ġest nobbli u esprimiet l-impenn ta’ Din l-Art Ħelwa li tkompli tistinka fil-missjoni tagħha biex ikollna soċjetà li tirrispetta lambjent. Minbarra li huwa wkoll irringrazzja lill-Fondazzjoni Alfred Mizzi, il-Kap Eżekuttiv ta’ BirdLife Malta Mark Sultana fakkar lill-pubbliku li din ir-riserva naturali tkun miftuħa s-sena kollha biex titgawda mill-familji.