L-aktar li sab interessanti minn pajjiżna huma l-ibliet li jidhru antiki ħafna imma li għandhom jintużaw. Fil-pajjiż kollu, kiteb turist partikolari li kiteb dwar Malta, hemm binjiet li juru l-influwenzi Għarab u Taljani. Laqtuh ukoll l-ismijiet tad-djar, u l-fatt innisfu li nsemmu d-djar tagħna.
Laqtu wkoll il-fatt li Malta tidher li għaddejja minn fażi ta’ żvilupp. Infatti, f’deskrizzjoni li ma tantx hi romantika, qal li Malta tidher ‘half-loved’. Innota li hemm ħafna djar li qed jerġgħu jiġu lura għal glorja tagħhom, imma hemm oħra li għandhom bżonn l-attenzjoni.
Fi kliemu: “it was as if half the island quickly left and the other half, busy with preservation, was just waiting for them to come back to fix the rest up”.
Deskrizzjonijiet bħal dawn jagħtu aktar relevanza lill-iskema Irrestawra Darek tal-Awtorità tal-Ippjanar, biex persuni jirrestawraw id-dar tagħhom u jkunu megħjuna finanzjarjament.
Skema li fl-ewwel ġimgħatejn ġibdet l-interess ta’ 140 persuna, u tagħlaq f’April li ġej. In-numru ta’ talbiet qed ikomplu jiżdiedu hekk kif bħalissa huma diversi l-klijenti li qed jagħmlu tħejjijiet biex jieħdu sehem fi skema li qed tkun meqjusa bħala waħda mill-iktar b’saħħithom fl-aħħar snin biex ikun hemm riġenerazzjoni tal-qalba tal-irħula u t-tħeġġiġ biex tintuża proprjetà antika u saħansitra mhux użata.
Intant tista’ taqra x’qal Nomadic Matt fil-blog tiegħu, famuż ma’ min iħobb jivjaġġa.
Ritratt: Malta Doors