Qarrej ta’ dan is-sit bagħatilna dan ir-ritratt mis-Siġġiewi. Donnu ġejja x-xita – infatti t-tbassir tat-temp għal llum jgħid li hemm possibiltà ta’ ħalbiet tax-xita. Għada l-Ħadd se jkollna temp ftit imsaħħab, iżda nhar it-Tnejn erġajna bil-possibiltà ta’ ħalbiet tax-xita u nhar l-Erbgħa donnu se nixxarbu. Dan hu dak li qed jgħid l-uffiċju meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Li hu żgur huwa li ħafna nies li llum jieħdu l-okkażjoni u jmorru jagħmlu ż-żjara tal-ġimgħa għand il-hairdresser, qed igergru xi ftit minħabba r-riħ isfel. L-umdità illum hija għolja ħafna.