Jidher li l-bajda popolari fuq instagram li ġabet l-iżjed ‘likes’ bħala ritratt qed tixxaqqaq. Eugene kif tlaqmet il-bajda, qed tħoss il-pressjoni tal-attenzjoni li rċeviet.
Din il-bajda qed tintuża bħala parti minn kampanja dwar is-saħħa mentali. Messaġġ maġenb il-bajda jappella biex persuni li għandhom problemi mentali għandhom ifittxu l-għajnuna.
Sal-lum, din il-bajda ġabet 52 miljun like minn meta kienet impoġġija fuq instagram f’Jannar li għadda.