Netflix qal li se jibdel xena li turi numru tat-telefon fuq is-serje televiżiva popolari Squid Game, wara li mara mill-Korea t’Isfel qalet li kienet invażata b’telefonati fuq il-mobile tagħha.
Il-mara qalet li n-numru li jidher fis-serje jaqbad mal-mobile tagħha u fl-aħħar jiem irċeviet bosta talbiet biex tilgħab il-logħob li jintlagħab fis-serje.
Fil-fatt, hija qalet li kuljum qed tirċievi eluf ta’ messaġġi u telefonati, li waslet f’punt li mhix tlaħħaq mal-ħajja ta’ kuljum tagħha.
Is-serje Squid Game ilha biss ftit ġimgħat online u diġà hija fost l-aktar serje televiżivi popolari li qatt intwerew fuq Netflix.