Bħalissa għaddej il-funeral ta’ George Floyd, li l-mewt tiegħu xegħel dawl fuq ir-razziżmu b’għadd ta’ protesti madwar id-dinja. Il-funeral qed isir f’Houston Texas. Huwa se jkun qed jindifen ħdejn ommu.
Intant, erba’ uffiċjali tal-Pulizija involuti jinsabu akkużati bil-qtil ta’ Floyd, li miet nhar il-25 ta’ Mejju li għadda meta hu kien qiegħed taħt il-kustodja tal-Pulizija ta’ Minneapolis.