Għaraftuh dan il-post? Kos kemm ibiddel iż-żmien u miegħu jinbdilu d-drawwiet.
Fis-sjuf ta’ dari il-bajjiet kienu jibqgħu anke mimlijin alga mentri llum malli joqrob Mejju, dawn jitnaddfu mill-ewwel għall-kumdità tal-pubbliku.
Wieħed jinnota li kważi l-karozzi li kienu veru ftit fl-ammont, kienu jiġu pparkjati viċin il-bajja għaliex ma kienx hemm id-ditsinzjoni bejn it-triq u r-ramel kif inhu llum.
Sabiħ li wieħed jinduna wkoll l-mod kif kienu jintramaw it-tined tad-drapp li kienu jkunu kull kulur. Dan biex jiskansaw ix-xemx tas-sajf Malti.
Tifkiriet sbieħ mill-imgħoddi grazzi għall-fotografija.