Malta Public Transport ħarġet stqarrija li fiha kkundannat dak li qed issejjaħlu attakk fuq wieħed mix-xufiera tagħha.
Filmati CCTV meħuda mix-xarabank meta seħħet ġlieda lbieraħ turi li x-xufier safa’ attakkat waqt li kien qed jaqdi dmiru. Malta Public Transport innotat li x-xufier ma kien provoka lil ħadd u x-xarabank kien wieqaf, jistenna lit-traffiku biex ikun jista jitħarrek.
Permezz ta’ ritratti meħuda mil-filmati, Malta Public Transport spjegat li r-raġel kien qieħed iċempel biex jirrapporta l-kommossjoni, meta safa attakkat.
“Ninsabu ixxokjati b’dan l-attak vixxidu fuq wieħed mix-xufiera tagħna” qal Konrad Pule, General Manager ta’ Malta Public Transport. “Nikkundannaw dan l-inċident mingħajr riżerva u qed noffru lix-xufier l-appoġġ kollu li għandu bżonn. Qed nieħdu l-każ b’serjetà kbira u se nipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja lill-Pulizija” temm jgħid fl-istqarrija.
https://www.youtube.com/watch?v=ol23cN_3rWQ