L-inqas żvilupp possibbli u l-iktar ftuħ possibbli. Hekk qal il-Prim Ministru li hemm bżonn għal Manoel Island. Il-kumpanija MIDI, li tamministra l-post, ħarġet b’masterplan biex jikkumerċjalizza l-forti u l-Lazzarett.
Ilbieraħ Joseph Muscat għamel dikjarazzjoni ċara u esprima l-appoġġ lis-Sindku tal-Gżira, li qed jopponi l-proposti tal-iżilippaturi MIDI. Il-Prim Ministru qal li Manoel Island għandu jservi ta’ pulmun u tenna li jittama li jintlaħaq kompromess li jkun jissodisfa l-komunità tal-madwar.
Permezz tas-sit change.org, Maltin u barranin iffirmaw petizzjoni li f’qasir żmien laħqet l-4,638 firma. Ladarba tilħaq il-5,000, se tingħata lill-Prim Ministru.
F’kummenti li jispjegaw ir-raġuni għaliex iffirmaw, in-nies qalu tagħhom.