“Tfal u żagħżagħ f’pajjiżna, nafu x’talent għandkom.”
Qalet dan Dr Lydia Abela, mart il-Prim Ministru, permezz ta’ filmat li fih ħeġġet lil tfal u żgħażagħ jesprimu t-talenti tagħhom. Hekk kif joqrob l-istaġun tal-Milied, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti u Spazju Kreattiv, qiegħed jagħmel sejħa għal tpinġijiet biex jidhru fil-Kartolina tal-Milied tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru uffiċjali għas-sena 2022.
Din is-sejħa għal tpinġijiet hija f’konformità mal-programm ta’ outreach li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, flimkien ma’ entitajiet oħra li jagħtu sostenn f’dan ir-rigward, beda biex jipprovdi liż-żgħażagħ u t-tfal aktar opportunitajiet u aċċess għall-arti u l-kreattività.
Din is-sejħa hija miftuħa għal żgħażagħ u tfal li għandhom età ta’ bejn 4 u 16-il sena u li huma residenti f’Malta u Għawdex. Kull applikant jista’ jissottometti disinn wieħed akkumpanjat minn messaġġ. Il-parteċipanti jistgħu jużaw kwalunke mezz jew taħlita ta’ mezzijiet (bl-esklużjoni ta’ skultura, 3D, u l-awdjo-viżiv), inkluż iż-żebgħa, crayon, lapes, collage, u midja diġitali.
Is-sottomissjonijiet iridu jsiru mill-ġenitur jew il-gwardjan f’isem il-parteċipanti. Kull tpinġija għandha tkun akkumpanjata minn messaġġ ta’ merħba tal-kartolina li għandu jkun miktub fuq in-naħa ta’ wara tat-tpinġija.
Biex tissottometti d-disinji, jekk jogħġbok segwi dawn it-tliet passi:
- Ikteb ismek, l-età tiegħek, u d-dettallji tal-kuntatt fuq in-naħa ta’ wara tat-tpinġjia;
- Niżżel, printja, u imla l-formola ta’ sottomissjoni online;
- Ibgħat it-tpinġija u l-formola ta’ applikazzjoni tiegħek bil-posta jew wassalhom bl-idejn għand l-indirizz hawn taħt imsemmi sad-data tal-iskadenza tat-30 ta’ Novembru 2022:
- Kartolina Milied 2022
Uffiċċju tal-Prim Ministru
Berġa ta’ Kastilja
Valletta VLT1061