Qed nisimgħu u se nibqgħu nisimgħu. Il-messaġġ tiegħi lil kulħadd jibqa’: ‘Ejja nibqgħu saqajna mal-art’.
Kien dan il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, waqt laqgħa oħra minn sensiela li qed ikollu mad-delegati tal-Partit.
F’sala mimlija fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Prim Ministru, flimkien mal-amministrazzjoni Laburista, laqgħu l-mistoqsijiet ta’ dawk preżenti, li kellhom l-opportunità li jsemmgħu leħinhom u fuq kwalunkwe tema li xtaqu.
Il-Prim Ministru saħaq li dawn il-laqgħat huma kruċjali sabiex il-PL ikompli jifhem il-perpettivi tal-pubbliku.
Minbarra l-membri tal-amministrazzjoni tal-partit, kien hemm preżenti wkoll Ministri, Segretarji Parlamentari, deputati Laburisti, u Membri tal-Parlament Ewropew.