It-tensjoni kienet kbira waqt diskussjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar l-appoġġ tar-Russja lejn is-Sirja.
Rappreżentant għal Moska ħataf lid-diplomatiku Ingliż Matthew Rycroft u qallu jħares lejħ meta jitkellem. Iċ-ċanfira tad-deputat ambaxxatur Vladimir Safronkov lil Rycroft saret hekk kif ir-Russja għamlet veto lir-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda li kkundannat l-użu ta’ armi kimiċi fis-Sirja.
In-Nazzjonijiet Magħquda qed jinsistu għal investigazzjoni malajr kemm jista jkun dwar l-attakk li ħataf il-ħajja ta’ 87 persuna.
Il-President Sirjan Bashar-al Assad qal li l-attakki kimiċi minnu kienu mija fil-mija ivvintati u li ma kien hemm ebda ordni għal attakk.