Il-kantanta Emma Muscat, b’aktar minn 738,000 ‘follower‘ fuq il-pjattaforma Instagram, ta’ spiss ixxandar filmati jew ritratti fl-‘istories‘ tagħha. Bħalissa l-ammiraturi ta’ Emma u anke ammiraturi tal-Eurovision, qed jistaqsuha dwar il-parteċipazzjoni tagħha fil-Eurovision Song Contest ta’ Mejju li ġej.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/03/11135216/IMG_3824-585x1024.jpg)
F’waħda mit-tweġibiet tagħha Emma stqarret li tinsab eċitata mmens għall-Eurovision u bħalissa tinsab taħdem lejl u nhar fuq il-prestazzjoni kollha tagħha flimkien mat-tim inkredibli tagħha. Il-kantanta ħalliet lil kulħadd bil-kurżita, jekk din il-ħidma tinkludix ukoll bidla fil-kanzunetta. Ħafna, kemm lokali kif ukoll b’mod internazzjonali, saħqu li filwaqt li Emma hija kantanta tajba mmens u li jixirqilha li tirrapreżenta lil Malta, tant li rebħet il-vot tal-ġurija u anke l-vot tal-pubbliku, l-kanzunetta ‘Out of Sight‘ li biha rebħet il-Malta Eurovision Song Contest ta’ Frar li għadda, ma niżlitx daqstant tajjeb mal-ammiraturi tal-Eurovision u d-djar tal-imħatri.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/03/11135308/IMG_3825-621x1024.jpg)
Sa nofs Marzu, id-delegazzjoni Maltija trid tippreżenta l-kanzunetta lill-organiżżaturi tal-Eurovision li Emma f’isem Malta ser tkun qed tieħu sehem biha. Siti tal-Eurovision barra minn Malta, qed jgħidu li l-kanzunetta diġa’ nbidlet u Malta ser tieħu sehem b’kanzunetta ġdida, pero’ dan għadu mhux ikkonfermat b’mod uffiċjali. Jekk dan iseħħ, din ma tkunx l-ewwel darba li Malta tkun addottat dan il-proċess, hekk kif lura fl-2016, Ira Losco, kienet bidlet il-kanzunetta tagħha.