L-għasafar jagħmluh, l-annimali wkoll u l-bnedmin mhux inqas. Ilu jseħħ mill-bidu tal-ħolqien. Imma kif inbidel kif dak li jkun iħares lejn is-sess tul iz-zmien? Qed nagħmluh aħjar jew agħar? Li rridu ngħidu u nammettu hu, li nbidel ir-rakkont li jsir minn persuna għall-ohra u minn fomm ghall-fomm; forsi biex wieħed juri li hu l-aqwa. Dan ġara iżjed f’dawn l-aħħar snin, minħabba l-bidliet fil-mentalitajiet u anke minħabba l-użu tal-mezzi soċjali bhal facebook.
Il-bniedem ilu l-istess antatomikament għal madwar 100,000 sena. Allura wieħed irid jgħid li ġaladarba llum wieħed japprezza s-sess, hekk dejjem ġara fil-passat forsi b’mod aktar diskret.
Ir-reliġjon kapaċi wkoll biddel ħafna l-mod kif il-bniedem ħares lejn is-sess tul iż-żmien. B’ħafna nies jemmnu purament li huwa skandlu li titkellem sempliċiment dwaru.
Fi ktieb li ħarġet l-istamperija tal-Universita’ ta’ Toronto fl-2005 bl-isem: Written in the Flesh: A History of Desire, l-awtur Shorter jgħid li ħadd ma jista’ jispjega xi jħoss l-ieħor jew l-oħra għax mhux kulħadd għandu l-istess viżjoni u sens ta’ pjaċir. Jista’ jkun ukoll li l-istejjer li jingħaddu, ikunu taħt kundizzjonijiet ta’ kultura tal-pajjiż li l-persuna jkun ġej minnu.