L-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, l-WHO, ħabbret li l-ossiġinu li jintuża fl-isptarijiet Ukreni qed jonqos u hemm il-biża’ li l-pazjenti rikoverati fl-isptarijiet jispiċċaw mingħajr l-ossiġnu.
Għalhekk il-WHO appellat biex titħalla triq sigura li minnha jkun jista’ jgħaddi apparat mediku u mediċina qalb il-ġlied li hemm f’uħud mit-toroq Ukreni.
Fil-fatt, id-Direttur Ġenerali tal-WHO u d-Direttur tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa fl-Ewropa, Hans Kluge f’istqarrija konġunta qalu li s-sitwazzjoni tal-provvista tal-ossiġnu qed toqrob f’punt perikoluż ferm hekk kif it-trakkijiet bil-provvisti tal-ossiġnu ma jistgħux jgħaddu, fosthom fil-kapitali Kyiv.
Intant, il-WHO qalet ukoll li qed taħdem biex iġġib provvista b’emerġenza mill-Polonja.