Dak li qed jissejjaħ ‘kill switch’ qed ikun żviluppat fir-Renju Unit, bit-tama li attakki simili għal dawk li seħħew f’Nizza u f’Berlin ma jerġgħux jirrepetu rwieħhom.
Rapporti fil-mezzi tax-xandir Ingliżi qed jgħidu li ħaddiema tal-intern qed jeżaminaw mezz kif trakkijiet kbar ikunu mwaqqfa milli jkompli jaħdmu. Dan għaliex l-awtoritajiet Ingliżi qed jibżgħu li l-attakki li provaw jagħmlu l-Istat Iżlamiku jkunu ripetuti fir-Renju Unit. L-attakk fi Franza u fil-Ġermanja ħallew għexieren mejta.
Ir-riċerka issemmiet Project Restore (REmote STOpping of Road Engines) u huwa mmirat lejn vetturi kbar, b’mod partikolari dawk li jġorru fuel u kimiċi.
Uffiċjal għoli kkonferma li qed tkun analizzata l-possibiltà teknika li jitwaqqfu vetturi meta persuni b’intenzjonijiet kriminali jkunu qed jużawhom.
Però ninnotaw ukoll li dan mhux l-ewwel rapport tat-tip tiegħu. Tant hu hekk li fl-2014, diġà kien hemm rapporti oħra jgħidu li awtoritajiet Ewropej qed jiżviluppaw mezz kif iwaqqfu karozzi li jkunu qed jinstaqu.