Hu stmat li kuljum qed jintefqu mas-sitt mitt elf ewro fin-negozji permezz tal-vouchers tal-mitt ewro, li t-tqassim tagħhom miexi b’rtmu mgħaġġel, tant li sa issa tqassmu ftit iżjed min-nofs il-vouchers.
Il-vouchers għal kull persuna ta’ l fuq minn sittax-il sena qed jitqassmu permezz ta’ posta reġistrata biex jiġi assigurat li kulħadd jirċievihom u issa l-Maltapost qasmet il-voucher lil aktar minn mitejn u erbgħin elf persuna.
Dawn il-vouchers jistgħu jintefqu f’post ta’ akkomodazzjoni turistika, ristoranti jew negozji li għalqu waqt il-pandemija.
Dan l-istazzjon segwa mill-qrib it-tqassim tal-vouchers. F’Ħal Luqa sibna l-pustier jagħmel xogħol b’dedikazzjoni biex dawn il-vouchers jaslu għand in-nies.
Il-Pustier Stefano Ellul qal, “Jiżdied ix-xogħol imma qed insibu kooperazzjoni kbira mir-residenti, għax aħna diment li jiffirmaw mill-ewwel, ħaġa li tgħinna għax nifrankaw milli nagħmlu avviż, noqogħdu nagħmlu avviż u noqogħdu nibgħatu n-nies jiġbru minn mal-counter.”
Rodney Ellul, manager tal-Malta Post spjega li l-vouchers se jkunu kollha mqassma sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Ellul stqarr, “Pustier jibda fis-sitta ta’ filgħodu u jispiċċa prattikament x’ ħin ilesti kollox, jiġifieri gilli għamel sa’ satejn ta’wara nofs in-nhar. Iħabbat, xi kultant issib nies xi kultant ma issibx. Meta ma issibx qed jagħmel notifika għal kull voucher li issib, igifiri jekk hemm erba’ ġo dar waħda irrid jagħmel notifika għal kull persuna.
Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri fisser l-injezzjoni ekonomika li qed jagħtu dawn il-vouchers.
“Din il-miżura ħa tkun qed tinjetta erba u erbgħin miljun ewro, f’perjodu qasir ta’ żmien. Qed nikalkulaw li ikollok madwar iktar minn sitt mitt elf ewro kuljum, fejn dawn il-familji se jkunu qed jintużaw dawn il-vouchers fin-neożji tagħna.” Temm jgħid il-Ministru Schembri.