Xi persuni qed jibagħtu messaġġi qarrieqa li fihom qed jgħidu lin-nies li jistgħu jmorru jitlaqqmu miċ-ċentri ta’ tilqim tal-Università u anke f’Għawdex, bejn it-8:30am u t-3:00pm.
Bosta kienu dawk il-persuni li marru għat-tilqim, u sabu li dan kien messaġġ falz.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa saħqu li l-appuntamenti tat-tilqim ikunu jinkludu n-numru tal-karta tal-identità, il-ħin u l-post, fejn wieħed irid imur.
L-appell hu biex il-pubbliku jinjora dawn il-messaġġ qarrieqa.
L-isem ta’ L-isem ta’ min jibgħat il-messaġġ għandu jkun ‘Vaccine’.