Il-Prinċep Harry u Meghan Markle jinsabu f’Sydney, l-Awstralja, biex jibdew żjara uffiċjali fil-kontinent, u minn hemmhekk iżuru New Zealand, Fiji, u t-Tonga.
Din hija l-ewwel żjara uffiċjali tal-koppja wara ż-żwieġ tagħhom lura f’Mejju li għadda.
Huma qed jimxu mal-passi tal-Prinċep Charles u l-Prinċipessa Diana, li wkoll kienu għażlu l-Awstralja u l-inħawi tal-Paċifiku għall-ewwel żjara uffiċjali tagħhom wara li żżewġu.
Il-koppja Rjali se jduru dawn il-postijiet fi żmien 16-il jum, fejn mistennija jattendu għal diversi avvenimenti fuċċijali fosthom il-logħon Invictus f’Sydney nhar is-Sibt li ġej.
Huma kienu milqugħa minn diversi membri tal-midja mal-wassla tagħhom fl-Awstralja.