Trejqet Wara l-Idjar u parti minn Triq Għajn Tuta fil-Fontana, qed jiġu rranġati u qed jingħataw it-tarmak. Waqt li kien qed iżur dawn ix-xogħlijiet il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li dawn ix-xogħlijiet qed isiru sabiex ir-residenti jkollhom triq ta’ kwalità tajba, bħall-bqija tat-toroq kollha li qegħdin isiru f’Għawdex, wara li dawn tħallew fi stat ta’ abbandun.
Fi Trejqet Wara l-Idjar fil-Fontana ngħata 365 metru kwadru ta’ tarmak, saru bankini ġodda, ġiet irranġata s-sistema tal-ilma tax-xita u tbiddel is-servizz tal-ilma.
Il-Minority Leader tal-Fontana Horace Micallef irringrazzja lill-Ministru Clint Camilleri f’isem ir-residenti li kienu ilhom snin twal jittamaw li jsiru dawn it-toroq.
Il-Ministru Camilleri temm jgħid li x-xogħol infrastrutturali li sar u li qed isir f’għadd ta’ toroq madwar il-gżira Għawdxija juri kemm dak li kien imwiegħed qiegħed jitwettaq u li Għawdex huwa verament prijorità għal dan il-Gvern.
Ritratti: MGOZ