L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali qed jinvestiga każijiet marbuta ma’ klieb li traqqdu mid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali.
Dan wara li numru ta’ persuni allegaw li traqqdu klieb li kienu qed jinżammu mill-istess Direttorat.
L-Uffiċċju spjega kif ma ġie kkonsultat bl-ebda mod minn qabel dwar dawn il-każijiet hekk kif il-liġi ma titlobx li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali jiġi involut f’dawn il-każijiet.
Spjega kif il-liġi titlob li “…annimali aggressivi ma jibqgħux jinżammu u għandhom jinqatlu jekk hemm il-bżonn mid-Direttur għas-Servizzi Veterinarji jew id-Direttur tal-Ħarsien tal-Annimali.”
Fl-istess messaġġ intqal kif membri mill-pubbliku li jixtieq iservu ta’ kontribut waqt din l-investigazzjoni jistgħu jagħmlu kuntatt mal-Uffiċċju tal-Kummissarju fuq caw.mafa@gov.mt.
Kif jitlesta ir-rapport, dan se jkun ippubblikat.