NASA bassret li asterojde daħlet fl-orbitu tad-dinja u mistennija tgħaddi minn ħdejn id-dinja l-ġimgħa li ġejja.
Il-‘pjaneta’, li ngħatat l-isem ta’ 2016 WF9, se tkun qed iżżomm id-distanza fejn se tkun madwar 32 miljun mil ‘l bod mid-dinja, skond it-tbassir tax-xjentisti.
Iżda dan it-tbassir qed jiġi kkritikizzat minn numru ta’ teoristi tal-konspirazzjoni li t-tbassir għandu jkun ferm differenti.
L-istess persuni qed jgħidu li NASA qed taħbi l-verità, dan hekk kif qed jgħidu li l-istess asterojde hi wiesa’ 2.2km u mistennija tħabat mad-dinja u toħloq katastrofi.
Dr Dyomin Damir Zakharovich, li ta t-titlu lilu nnifsu ta’ espert, jemmen li l-asterojde se jkollha impatt kbir mad-dinja fejn kawża t’hekk se jinħolqu ħafna problemi fosthom terremoti fil-baħar.