L-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy qal li l-allegazzjonijiet li rċieva fondi għall-kampanja tiegħu mingħand l-eks mexxej Libjan Muammar Gaddafi, qed jagħmlulu ħajtu nfern.
F’rapport li deher fil-ġurnal Le Figaro, Sarkozi jisħaq quddiem il-maġistrati li qed jiġi akkużat mingħajr ebda evidenza.
Fost l-akkużi kontrieh, hemm allegat li kien involut f’koruzzjoni, ingħata fondi għall-elezzjoni tal-2007 b’mod illeċitu u anke b’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi Libjani.
Sarkozy li għandu 63 sena qed jiċhad dan kollu wara li għamel jumejn arrestat matul din il-ġimgħa.