Fit-Tuneżija qed issir it-tieni elezzjoni presidenzjali. 26 kandidat, inkluż żewġ nisa tefgħu isimhom għal din l-elezzjoni.
Din l-elezzjoni li kellha ssir f’Novembru, qed issir xaharejn qabel id-data, wara l-mewt tal-ewwel president elett b’mod demokratiku, Beji Caid Essebsi, li miet f’Lulju li għadda. Huwa miet fl-età ta’ 92 sena u kien l-ixjeħ president li kien qed iservi.
L-Ispeaker tal-Parlament, Mohamed Ennaceur, qed iservi bħala l-president sakemm jiġi elett l-president il-ġdid.
Fl-2011 l-eks President, Ben Ali, li kien ilu fil-poter għal 23 sena, ġie mġiegħel jirreżenja. Tliet snin wara, fl-2014, il-Parlament Tuneżin approva kostituzzjoni ġdida dwar li tat lok għad-demokrazija fil-pajjiż.