Id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni qiegħda tinvesti f’riżorsi u makkinarju apposta għat-tindif tal-lokalità ta’ Paceville, simili għal dik li teżisti fil-Belt Valletta u San Pawl il-Baħar.
Fi tweġiba Parlamentari li pprovda l-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, ikkonferma li nħarġu tenders għal xiri ta’ makkinarju li speċifikament għandu jintuża biss fil-lokalità ta’ Paceville, sabiex jikkumplimenta s-servizzi diġà offruti mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan.
F’dan il-mument dawn it-tenders qed jiġu evalwati u aġġudikati.
ONE News huwa informat li dan l-makkinarju jikkonsisti f’electric sweepers li kapaċi jikinsu u jiġbru b’mod effiċjenti trabijiet, ħmieġ, weraq, u materjali oħra ta’ skart mill-wiċċ tat-triq, filwaqt li jżommu l-ambjent nadif u jippromwovu s-sigurtà fit-toroq.
Ritratt: life-globe.com