L-attakk qed ikun deskritt bħala ‘horrific’ mill-mezzi tax-xandir Ingliżi, u skont Scotland Yard seħħ meta bniedem xeħet aċtu qawwi ħafna lejn il-familja.
Fost dawk li marru għall-għajnuna kien hemm membri mid-dipartiment tat-tifi tan-nar, li kellhom jużaw pajpijiet bl-ilma biex itaffu l-effetti tal-attakk.
Ir-raġel sofra ġrieħi li sifgurawh għalkemm mhux fil-periklu li jitlef ħajtu, filwaqt li l-mara sofriet ħruq fi 15% ta’ ġisimgħa. It-tifel sofra ħruq f’wiċċu.
L-attakk seħħ f’Islington f’Londra, għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar ilbieraħ. Il-Pulizija qed tappella biex min għandu xi informazzjoni jagħmel kuntatt minnufih.