Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li kollox jindika li l-Kap tal-Oppożizzjoni, bħal midja tiegħu, qed iħaddan il-politika tal-gideb, bl-allegazzjonijiet bla bażi li għamel illum.
Dan għaliex il-Ministeru, kif ukoll il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo, kemm-il darba spjegaw pubblikament li l-ebda każ ta’ korruzzjoni ma nżammet fil-mistur. Anzi, bid-differenza ta’ x’kien jiġri taħt l-amministrazzjoni preċedenti, l-passi ittieħdu kollha u l-Pulizija ntalbu jinvestigaw.
Ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm allegazzjonijiet dwar possibbiltà ta’ abbuż b’rabta ma’ xogħlijiet fl-iskejjel, bil-Ministru jgħid li ta ordni mill-ewwel biex il-każ jittieħed għand il-pulizija.
Il-Ministru Bartolo sar jaf bl-allegazzjonijiet lejn l-aħħar ta’ Awwissu u l-bidu ta’ Settembru. Ordna investigazzjoni interna li indikat li kellhom jittieħdu passi.
Il-Ministru Bartolo bagħat il-każ għand il-Pulizija u neħħa mix-xogħol tiegħu l-persuna li saru l-allegazzjonijiet dwaru – dan kollu sitt ġimgħat qabel ma deher l-ewwel rapport f’ġurnal lokali.
L-istqarrija tkompli tosserva li l-Kap tal-Opożizzjoni, li suppost jsegwi x’qed jiġri fil-pajjiż biex joffri alternattiva, lanqas biss jaf li nbnew skejjel ġodda kull sena taħt dan il-Gvern
Dawn kienu l-Middle School u s-Sekondarja ta’ Ħal Kirkop, skola ġdida fir-Rabat, il-Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ, skola sekondarja ġdida f’tas-Swatar (limiti ta’ Ħad-Dingli) u skola Nazzjonali tal-iSport ġdida ġewwa Pembroke. F’din il-leġiżlatura se jinfetħu wkoll skejjel ġodda f’Marsaskala, San Pawl il-Baħar u r-Rabat Għawdex.
Segwi hawn kif ikkummenta l-Ministru din il-ġimgħa.
https://www.youtube.com/watch?v=_n1V-SFhVaA