Id-Deputat Nazzjonalista, David Agius, tkellem b’mod iebes kontra l-liġi għall-ugwaljanza fiż-żwieġ kif imressqa mill-Ministru Helena Dalli.
F’diskors negattiv ħafna Agius qal li l-liġi kif imressqa tneħħilu d-dritt li wieħed isejjaħ lil ommu, ma u lil missieru pa.
Indika li kien għalih kien jinbidel l-isem tal-liġi tal-Unjoni Ċivili. Fuq il-liġi kif imressqa Agius qal: “Għaliex se tneħħi l-kliem mara u tneħħi l-kliem raġel?”
Dan għax minflok se tintuża l-kelma konjugi biex ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni. “Minflok Jum l-Omm se jkollna jum il-persuna li welditek. F’din l-assurdità qed iġġibu lill-pajjizna. Qed twaqqgħu isem l-omm, il-mara u r-raġel għaż-żufjett,” qal David Agius. “It-tifel tiegħek ma jistax isejjaħlek mama,” kompla jinsisti.