Studenti f’Washington qed ifallu l-iskola biex jipprotestaw kontra l-President elett tal-Istati Uniti Donald Trump.
Il-Protesti qed isiru fiċ-ċentru ta’ Washington, il-kapitali tal-pajjiż.
L-istudenti qed isostnu li l-protesti jridu jwasslu l-messaġġ li huma għandhom vuċi dik li jridu jaraw pajjiż magħqud u li jimpurtahom mill-futur ta’ pajjiżhom.
Esprimew t-tħassib tagħhom li l-progress li sar taħt il-President Obama ma jintilifx, id-drittijiet tan-nisa, d-drittijiet tal-minoritajiet u għal dawk li ġejjin minn klassi tas-soċjetà li mhix sinjura.
Tul il-protesti qed jispikkaw kartelluni b’messaġġ favur l-għaqda li jinbnew pontijiet u mhux ħitan.