It-turisti li żaru pajjiżna fi Frar laħqu l-103,899 biex għall-ewwel darba f’dan ix-xahar xitwi ġew iktar minn mitt elf turist.
Dan ifisser żieda ta’ 27.7% fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet. 81,706 vjaġġ saru għal skop ta’ btala u l-kumplament kienu marbuta ma’ xogħol jew negozju.
L-iljieli żdiedu b’15.7% meta mqabbel mas-sena li għaddiet u b’nefqa ta’ €69.9 miljun kien hemm żieda ta’ 20.8% fuq is-sena ta’ qabel.