Matul is-sena l-oħra, pajjiżna kellu rata ogħla mill-medja Ewropea ta’ nies jaħdmu mid-dar.
Dan ħareġ minn statistika tal-EUROSTAT li wriet li filwaqt li l-medja Ewropea kienet ta’ 5.4% tan-nies jaħdmu mid-dar, f’Malta kien hemm 6.1% tal-ħaddiema jaħdmu mid-dar.
Din ir-rata f’Malta għoliet sa mill-2015 meta dak iż-żmien kienet tlaħħaq 2.6%.
L-aktar pajjiżi li għandhom nies jaħdmu mid-dar huma l-Olanda u l-Finlandja filwaqt li l-inqas pajjiż kien il-Bulgarija.
Skont l-istatistika, aktar nisa milli rġiel jaħdmu mid-dar.