Laqgħa bejn l-Malta Union of Teachers u l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol wasslet għall-qbil dwar pjan ta’ azzjoni għall-Ħamrun Senior School.
Il-pjan jikkonsisti f’diversi miżuri, li wħud minnhom se jidħlu fis-seħħ minn nhar it-Tnejn li ġej. Dan jinkludi strateġija li tindirizza il-bżonnijiet tal-iskola b’mod aħjar, it-tisħiħ tat-tim li jimmaniġġja l-iskola, reviżjoni tal-politika tal-iskola dwar l-imġiba, għalliema addizzjonali, fost diversi miżuri oħra.
Il-Gvern u l-MUT qablu li se jkunu qed isaħħu l-istruttura tal-bżonnijiet tal-iskola sabiex tassigura li l-edukaturi jkunu qed jaħdmu f’atmosfera sabiħa li ttihom lok li jgħamlu dmirijiethom billi jwasslu edukazzjoni lil diversi student.