Il-Greċja laħqet ftehim dwar l-isem tal-pajjiż ġar tagħha – li meta kien infired minn mal-Yugoslavia kien ingħata l-isem ta’ Macedonia.
Wara sebgħa u għoxrin sena ta’ diskussjonijiet u protesti, intlaħaq ftehim fuq l-isem Republic of North Macedonia – jew bil-lingwa tal-pajjiż Severna Makedonija.
L-isem il-ġdid irid jiġi approvat min-nies ta’ Maċedonja u l-Parlament Grieg.
B’dan il-ftehim, il-pajjiż li qabel kien magħruf bħala Yugoslav Republic of Macedonia, issa jrid jibda jissejjaħ Severna Makedonija jew Republic of North Macedonia.
Dan ifisser li l-mija u erbgħin pajjiż li jirrikonoxxi l-isem Macedonia jrid jadatta għall-isem North Macedonia.