Il-Ħadd filgħodu l-Bajja tal-Armier sebħet b’ xena differenti minn tas-soltu, dan mingħajr żgombru ta’ umbrellel u ‘deckchairs’ tal-operaturi.
Dan ġara wara operazzjoni mill-Awtoritajiet flimkien mal-Pulizija fil-ġurnata ta’ qabel fejn neħħew parti kbira minnhom u ħallew armat biss in-naħa ta’ wara tal-bajja.
Din id-deċiżjoni ntlaqgħet tajjeb mill-pubbliku li ħa l-opportunita’ li jgawdi din il-bajja kif kien ilu ma jaraha s-snin.