L-Iran u l-Arabja Sawdija qabblu li jerġgħu jistabilixxu r-rabtiet diplomatiċi bejniethom, tant li fthemu li jerġgħu jiftħu l-ambaxxati fi żmien xahrejn.
Dan il-ftehim seħħ wara taħditiet li saru f’Beijing, iċ-Ċina.
Il-qbil jinkludi wkol lli jattivaw il-ftehim ta’ kooperazzjoni tas-sigurtà li kien iffirmat fl-2001.
L-Arabja Sawdija kienet qattgħet il-karti minn mal-Iran fl-2016 wara li dimostranti invadew postijiet diplomatiċi tas-Sawdi fl-Iran. Id-dimostrazzjonijiet kienu mnebbħa mill-eżekuzzjoni li kienet għamlet l-Arabja Sawdija ta’ studjuż prominenti Musulman tax-Shia.