Iċ-Ċina u l-Istati Uniti qablu flimkien ma’ pajjiżi oħra biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima.
Fi stqarrija konġunta, iż-żewġ pajjiżi qalu li fil-laqgħat li kellhom f’Shanghai matul din il-ġimgħa, qablu dwar azzjonijiet speċifiċi li għandhom jittieħdu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet.
Iż-żewġ pajjiżi qablu wkoll li jgħinu finanzjarjament lil pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw biex jeqilbu għal enerġija aktar nadifa.