Kif jgħid il-Malti, “wara l-maltemp jiġi l-bnazzi” u ġeneralment l-bnazzi miegħu jġib qawsalla li taffaxxina ħafna nies.
L-istudenti u l-professuri fl-Università tal-Kultura Ċiniża nnutaw qawsalla fil-muntanji Tapei li kisret rekord wara li damet tidher għal 9 sigħat sħaħ.
Din il-qawsalla, deskritta mill-professuri tal-Università bħala rigal mis-sema, kisret rekord dinji preċedenti ta’ qawsalla li damet tidher sitt sigħat fl-1994 f’Yorkshire, l-Ingilterra.
Il-qawsalla dehret għall-ħabta tas-6:57 u baqgħet tidher sad-20:55.