Il-kantant popolari Gary Barlow tkellem għall-ewwel darba dwar il-mewġa li għaddiet minnha familtu wara l-mewt tat-tarbija tagħhom, Poppy. Poppy twieldet mejta jiem biss qabel missierha kien mistenni jagħti spettaklu fiċ-ċerimonja tal-għeluq tal-Olimpjadi tal-2012 f’Londra.
Waqt li kient qed jitkellem fil-Festival Letterarju f’Cheltenham fuq il-ktieb il-ġdid tiegħu, A Better Me, Barlow qal lil-udjenza li hu u martu Dawn qattgħu “l-isbaħ siegħa” jżommu lil binthom Poppy qabel ma kellhom jirritornaw id-dar mingħajrha.
Jidher li l-koppja Barlow kemm-il darba tkellmet dwar jekk għandhiex tinkludi kapitlu dwar Poppy fil-ktieb, iżda fl-aħħar mill-aħħar, “iddeċidejna li rridu ngħinu lil ħaddieħor bl-uġiegħ tagħna”, qalet il-koppja.
“Ħafna nies qaluli li għandi tliet itfal oħra xi nrabbi u ma jifhmux l-uġiegħ li tħoss meta żżomm tarbija mejta”, qal Barlow waqt intervent fil-Festival.
“Għalina, dan huwa ċans biex noffru id ta’ ħbiberija lil koppji oħra li forsi ma jsibux wens minn sħabhom. Ħassejna li kien ikun ġest nobbli, u nkludejna dan il-kapitlu diffiċli fil-ktieb”.