F’kummenti ma’ ONE News barra l-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, il-Maġistrat Joe Mifsud ddeskriva lill-Mons. Pawlu Cremona bħala persuna twajba hekk kif qatt ma nstema’ jgħid xi ħaġa kontra xi ħadd. Dr. Mifsud temm jgħid li Mons. Cremona kien ta’ ispirazzjoni għal ħafna.