“Niftakarni żgħir kont nara liz-zija li kienet tħit il-bandalori u l-pavaljuni. Meta bdejt nikber kont nara l-armar tal-festa fil-każin u kont naffaxxina ruħi. L-iskola kont għażilt l-Arti u komplejt nistudjah. Għaqqadt iż-żewġ passatempi tiegħi, l-arti u l-festa.”
Dan kien parti mill-messaġġ li Jeremy Cachia, artist Malti, qasam mal-paġna tas-sit soċjali Facebook, The People of Malta.
Hu kompla billi qalilhom li jaffaxxina ruħu jara l-arti. Jeremy spjega kif jagħmel id-disinn u l-pittura fil-bnadar, pavaljuni u d-disinn tal-pedestalli, 3D.
B’umilta’ kbira Jeremy qalilhom li “Ħafna minn xogħli huwa mifrux ma’ ħafna rħula f’Malta kollha. Qatt ma taf biżżejjed, dejjem nitgħallem. Jekk ngħid li lħaqt ċertu livell nibda t-triq tan-niżla.”
Ritratt: The People of Malta